Mużika

Imut il-mużiċista Keith Emerson

Keith Emerson, wieħed mill-fundaturi u mużiċista tal-grupp progessiv rock Emerson, Lake and Palmer miet fl-eta’ ta’ 71 sena. Il-pulzija kkonfermat li hu instab fir-residenza personali tiegħu f’Santa Monica, Los Angeles fejn għamel suwiċidju meta spara tir f’rasu.

Dan ġie mħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess grupp mużikali.Emerson kien magħruf bħala wieħed mill-aħjar mużiċisti tal-keyboard matul l-era tar-rock progessiva.

Keith Emerson instab kmieni filgħodu tal-Ġimgħa mit-tfajla tiegħu Mari Kawaguchi.

Emerson jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aktar mużiċisti li kien kapaċi jagħti spettaklu enerġetiku.