Illum sar l-aħħar ġbid tal-vidjo tal-kanzunetta l-ġdida tal-Eurovision. (kif jidher f’dawn ir-ritratti) Il-ġbid tal-vidjo sar f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Nhar il-Ħamis li ġej ser tiġi żvelata l-kanzunetta l-ġdida, il-vidjo tal-kanzunetta l-ġdida kif ukoll l-isem il-ġdid tal-kanzunetta. Fl-aħħar siegħat il-PBS, fuq facebook, żvela il-frażi #wow, li tista’ tfisser l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-isem tal-kanzunetta l-ġdida.
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Marzu se ssir il-laqgħa tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet fejn id-delegazzjoni Maltija se tagħti l-pakkett finali ta’ Malta għal din is-sena.
Ritratti : Eurovision Song Malta/ facebook
//= $special ?>