Lokali

L-Alternattiva Demokratika titlob is-sospensjoni taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru

Alternattiva Demokratika titlob is-sospensjoni immedjata ta’ Keith Schembri In vista tal-iżviluppi dwar ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, rigward il-kontijiet sigrieti barra minn Malta u l-allegat tixħim tad-direttur tat-Times of Malta, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal “Il-Prim Ministru għandu jissospendi immedjatament lil Keith Schembri sakemm issir investigazzjoni eżawstiva. Bħala ċ-Chief of Staff, is-Sur Schembri għandu aċċess għall-informazzjoni kollha riżervata dwar is-sigurta’ ta’ pajjiżna, dwar kull ċittadin Malti, informazzjoni delikata dwar attivitajiet terroristiċi possibbli u kull informazzjoni oħra riżervata u klassifikata li l-Prim Ministru ta’ pajjiż ikun jaf biha esklussivament.”

Il-Prof Arnold Cassola sostna li “Is-sigurta’ u d-demokrazija f’pajjiżna huma mhedda. Il-Prim Ministru jkun totalment irrresponsabbli jekk Keith Schembri ma jiġix sospiż b’mod immedjat u jekk ma jinżammx ‘l bogħod mill-files kollha li hemm Kastilja.”