Lokali

L-inqas distakk bejn iż-żewġ partiti mill-elezzjoni ‘l hawn – stħarriġ ta’ Xarabank

Id-distakk bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista naqas għal 1.8%. Dan ifisser li dan huwa l-inqas distakk bejn iż-żewġ partiti politiċi mill-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet ‘l hawn.

Fi stħarriġ ikkummissjonat mill-programm Xarabank, jirriżulta li kieku ssir elezzjoni għada, il-Partit Laburista jikseb 37.4% filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb 35.6%. Dan ifisser differenza ta’ 1.8%.

F’Jannar li għadda, fi stħarriġ ikkummissjonat mill-Malta Today, kien irreġistrat l-inqas tnaqqis sa’ dak iż-żmien – ta’ 2.6%.

Dan l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika kien żvelat waqt il-programm Xarabank, li matulu kien diskuss l-iskandlu tal-Panama.

Screen Shot 2016-03-11 at 10.47.05 PM

Screen Shot 2016-03-11 at 10.57.21 PM

Ikkummenta