Lokali

L-MZPN b’vidjo ġdid : “Investi fil-PN u tkun qed tinvesti f’pajjiżna” – Simon Busuttil

F’messaġġ ġdid li ħareġ l-MŻPN qabel il-maratona li se ssir għada fid-Dar Ċentrali tal-Parti Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li pajjiżna għandu bżonn jgħolli l-istandards bil-fatti u mhux bil-kliem. Sostna li “min irid politika nadifa, għandu jersaq lejn il-Partit Nazzjonalista”.

Fil-Messaġġ, il-Kap tal-PN Simon Busuttil appella lin-nies biex jinvestu fil-Partit Nazzjonalista u b’hekk ikunu qed jinvestu fil-futur ta’ pajjiżna.

Il-Maratona ġbir ta’ fondi se ssir għada minn nofsinhar ‘l quddiem u se tixxandar live fuq Net Television u xandira speċjali fuq radio 101.

Ara l-filmat tal-MŻPN hawnhekk: