Internazzjonali

Miet il-mużiċista Keith Emerson tal-ELP

Il-pjanista famuż, Keith Emerson, eksmembru tal-grupp Emerson, Lake and Palmer (ELP) li kien wieħed mill-aqwa kumplessi tar-Rock progressiv tas-snin sebgħin, miet fl-Istati Uniti fl-età ta’ 71 sena.

Il-pulizija li marru fid-dar ta’ Emerson f’Santa Monica, f’Los Angeles, qalu li l-mużiċista kien uża arma tan-nar biex ineħħi ħajtu u qed jitrattaw il-każ bħala suwiċidju.

Il-membri l-oħra ta’ ELP kienu Greg Lake u Carl Palmer, b’Emerson jikseb fama bħala wieħed mill-aqwa mużiċisti fuq stil prog-Rock, fl-istorja. L-ELP jibqgħu famużi għall-albums klassiċi tagħhom Tarkus, Trilogy u Brain Salad Surgery.