Eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw f’Varsavja, il-kapitali tal-Polonja, waqt li ħraxet kriżi kostituzzjonali bejn il-Gvern Pollakk u l-ogħla qorti tal-pajjiż.
Il-Gvern Pollakk irid jibdel il-mod kif tiffunzjona din il-qorti iżda l-istess qorti ewlenija qalet li l-bidliet imorru kontra l-Kostituzzjoni.
Bħalissa qegħdin ikomplu l-protesti fil-belt ta’ Varsavja meta l-Gvern Pollakk qed jirrifjuta li jippubblika d-digriet tal-qorti għaliex il-pass jagħmlu wieħed li jorbot.
Il-kritiċi qalu li l-bidliet għandu jillimita l-kapaċità tal-qorti biex tistudja mill-qrib il-leġislazzjoni li jgħaddi l-Gvern Pollakk.
Mindu tela’ fil-poter f’Ottubru, il-Gvern Pollakk immexxi mill-Partit Popolari u tal-Ġustizzja (PiS) daħal f’diversi konfronti mal-istampa u l-Oppożizzjoni.
//= $special ?>