Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, vandali għamlu ħsara fix-xelter tal-linja u l-magna tal-biljetti fil-Park and Ride fil-Blata l-Bajda. Skont Transport Malta, l-istess vandali irnexxilhom jiftħu l-magna u jisirqu l-flus minn ġo fiha.
Ftit tal-ġimgħat ilu, saret ħsara fl-istess post, u l-Pulizija bħalissa qegħda tinvestiga l-każ. Transport Malta tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex min għandu xi informazzjoni tinforma lill-Pulizija.
Fi stqarrija oħra, Transport Malta ħabbret li se jitkompla x-xogħol Ti Triq Birkirkara f’San Ġiljan bi tħejjija għall-proġett tal-Kappara, bejn it-13 u l-14 ta’ Marzu mit-8 ta’ filgħodu sat-6 ta’filgħaxija. Matul dan il-ħin, it-traffiku se jgħaddi minn Triq Sant’Enriku, Triq Camenzuli, Triq l-Imrabat għal Triq Birkirkara.
//= $special ?>