Fil-jiem li għaddew ġew arrestati 14-il persuna wara qabda ta’ droga. 13 minn dawn ġew arrestati f’Paceville.
Il-Pulizija qalet li l-persuni arrestati huma ta’ nazzjonalità Maltija, Irlandiża, Somala u Niġerjana. L-etajiet ta’ dawk arrestati tvarja bejn id-19-il sena u t-30 sena.
Fost id-droga li nqabdet kien hemm kokaina, kannabis, raża tal-kannabis u ecstasy.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn l-arresti għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

