Internazzjonali

Attakk terroristiku f’resort turistiku fil-Kosta tal-Ivorju

Rapporti li qed jidħlu qed jindikaw attakk terroristiku f’resort turistiku popolari mal-barranin f’Grand-Bassam fil-Kosta tal-Ivorju.
Skont l-ewwel rapporti tal-anqas 12-il persuna nqatlu fl-attakk, fosthom erba’mill-Punent, wara li grupp ta’ irġiel armati daħlu fil-Lukanda L’Etoile du Sud u bdew jisparaw bl-adoċċ fost għajjat ta’“Allahu Akbar” u ħadu xi ostaġġi.
Kien hemm rapporti konfliġenti dwar l-ammont ta’ terroristi li wettqu l-attakk bl-ewwel rapporti jindikaw li hemm sitta nqatlu.
Sorsi minn Grand Bassam qalu li l-lukanda fil-mira kienet popolari kemm mat-turisti mill-Punent imma anki mal-barranin li jaħdmu fil-pajjiż.