Il-Ministru Konrad Mizzi kellu juża l-bieb ta’ wara ta’ sala ewlenija f’Raħal Ġdid biex jaħrab mill-kameras u l-ġurnalisti ta’ NETnews.com.mt.
Konrad Mizzi attenda għal festin li kien organizzat minnu stess biex jiċċelebra l-ħatra tiegħu bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Iżda minflok ma’ daħal mill-bieb ta’ quddiem, bħal kulħadd, Konrad Mizzi kellu juża l-bieb ta’ wara.
Mijiet ta’ persuni nġabru għal festin biex jiċċelebraw il-ħatra ta’ Konrad Mizzi. NETnews.com.mt mar jistenna lil Konrad Mizzi jasal għal dan il-festin fis-7 ta’ filgħaxija. Madanakollu, sal-10 ta’ bil-lejl, Konrad Mizzi baqa’ ma tfaċċax mill-bieb ta’ quddiem. Il-festin kellu jibda fis-7.30 ta’ filgħaxija.
Minflok, Konrad Mizzi uża ‘back exit’ biex jaħrab mill-kameras ta’ NETnews.com.mt, iżda żgur li bejn is-7 ta’ filgħaxija u l-10 ta’ bil-lejl, Konrad Mizzi ma tfaċċa fl-ebda ħin fil-bieb prinċipali fi Triq Ħal Tarxien.
Kemm ilu li faqqa’ l-iskandlu tal-Panama, ftit kienu l-opportunitajiet fejn bħala Kamra tal-Aħbarijiet stajna nistaqsu lil Konrad Mizzi dwar dan l-iskandlu u kien għal din ir-raġuni li ddeċidejna li mmorru nistennew lil Konrad Mizzi barra din l-attivita’ soċjali.
Għall-ħabta tal-10 ta’ bil-lejl, il-festin intemm u n-nies dehru ħerġin mill-festin bil-bnadar żgħar ta’ Malta f’idejhom. Malli spiċċa l-festin, deheret ukoll il-karozza tal-Ministru Edward Zammit Lewis bi pjanċi privati.
//= $special ?>

