Lokali

FILMAT: Serqa minn ħanut tal-massaġġi f’Santa Venera

Ħanut tal-massaġġi f’Santa Venera spiċċa fil-mira ta’ serqa li seħħet għall-ħabta ta’ nofsinhar. Skont rapport mal-Pulizija, intużat il-forza waqt is-serqa għalkemm ma jidhirx li l-persuna li kien hemm fil-ħanut sofriet xi ġrieħi.

Kien għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart meta l-Pulizija tal-Għassa kienu infurmati li seħħet serqa f’ħanut fi Triq il-Kappillan Mifsud.

Skont ir-rapport li għamlet il-persuna li kienet fil-ħanut, insteraq ammont ta’ flus.

Fuq il-post kellha tissejjaħ ambulanza biex il-persuna li kien hemm ġol-ħanut tittieħed l-isptar Mater Dei minħabba xokk li sofriet.

L-investigazzjoni dwar din is-serqa għaddejjin filwaqt li kienet appuntata wkoll inkjesta Maġisterjali.