Is-sitwazzjoni għall-Partit Nazzjonalista tjiebet waqt li x-xejriet elettorali qed jinbidlu peress li l-Partit Nazzjonalista jaf x’iridu n-nies u qed jagħtihom il-leħen li jixtiequ.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan f’intervista mal-ġurnal The Malta Independent., li matula tkellem dwar l-iskandlu tal-Panama.
Simon Busuttil qal li anke li kieku m’hemmx flus fil-kumpaniji sigrieti, diga sar biżżejjed ħażin biex Konrad Mizzi u Keith Schembri jitkeċċew.
Intant, f’intervista separata li The Malta Independent ghamlet mal-Prim Ministru, Joseph Muscat qal li hu lest jirriżenja jekk il-Partit Laburista jitlef l-Elezzjoni Generali
L-intervista ma’ Muscat ffukat fuq il-krizi ta’ korruzzjoni li qed jiffaċċja l-Gvern bil-Prim Ministru jiddefendi lill-Ministru Konrad Mizzi dwar l-iskandlu tal-Panama
Mistoqsi dwar iż-żjara weħidhom li hu, Konrad Mizzi u Keith Schembri għamlu fl-Azerbajgan, il-Prim ministru caħad li f’dawn il-laqgħat għaddew xi ħlasijiet minn taħt.
//= $special ?>