Lokali

Raġel arrestat wara li daħal Malta b’2kg ħaxixa

Raġel mill-Gana kien arrestat wara li daħal Malta b’aktar minn żewġ kilogrammi ħaxixa.

Hu nqabad matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd f’ħidma konġunta bejn l-Uffiċjali tad-Dwana u l-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Ir-raġel, li għandu ta’ 38 sena u hu mill-Gana, wasal Malta minn Sqallija u kien arrestat wara tfittxija li saret fuqu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Hu mistenni jitressaq il-Qorti għada t-Tnejn, akkużat b’importazzjoni u pussess aggravat tal-istess sustanza msemmija.