Lokali

Tankers tal-fuel allegatament iwasslu b’mod illegali prodotti mil-Libja għall-Ewropa

Uffiċjali tas-sigurtà tal-Punent qed jipprovaw irażżnu lin-networks tat-traffikanti tal-bnedmin, li jgħaddu konsenji ta’ fuel u armi mill-Mediterran issa qed jiffukaw fuq tankers tal-fuel li allegatament qed iwasslu b’mod illegali prodotti taż-żejt mil-Libja għall-Ewropa.

Il-Mument jirraporta li l-uffiċjali tal-punent u oħrajn Libjani jemmnu li t-traffikanti tal-fuel qed jużaw l-istess networks, dgħajjes u portijiet li biddlu l-Libja f’ċentru reġjonali għat-traffikar tan-nies u l-armi.

Fl-aħħar xhur uffiċjali Spanjoli, Franċiżi u Maltin bdew jissorveljaw il-movimenti ta’ vapuri bit-tama li jwaqqfu l-kummerċ illegali.

L-uffiċjali tas-sigurta jsostnu li l-għeluq tar-rotot minnfejn it-traffikanti qed jgħaddu bil-fuels kapaċi jikkontrolla wkoll in-netwroks li qed jittrasportaw l-immigranti mil-Libja għall-Ewropa.

Skont uffiċjali u l-kumpanja Windward, li tipprovdi informazzjoni marittima, il-Basbosa Ward f’jannar 2015 għadda kunsinna ta’ likwidi lil hinn mill-kosta Libjana qabel telaq lejn Malta. Windward sostnew ukoll li l-istess Barbosa Star reġa għamel vjaġġ simili x-xahar li għadda fejn għabba kunsinja qrib il-kosta Libjana. Parti minn din il-Kunsill għaddiet lil bastiment ieħor destinat għal Sqallija.

Dan il-każ kien rappurtat ukoll minn The Times li qalet li uffiċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda qalu lill-Kunsill tas-Sigurta li zejt trasfrit llegalment bejn vapuri f’ibħra miftuħa qed jinġieb Malta.

Il-moħħ wara din l-attivita’ llegali hu Fahmi Ben Khalifa, li hu s-sid tal-kumpanija ADJ Trading flimkien mal-ex player Malti tal-football Darren Debono u raġel ieħor Eġizzjan. Fir-rapport, in-Nazzjonjiet Magħquda qalet li l-awtoritajiet Maltin huma konxji ta’ dan it-traffikar.