Lokali

Adrian Hillman jirriżenja mill-karigi kollha fl-Allied Group

Adrian Hillman irriżenja minn kull kariga li kellu fi ħdan l-Allied Group.

Dan fid-dawl tal-allegazzjonijiet li ħarġu fil-konfront tiegħu, li kien qed jirċievi pagamenti sigrieti mill-grupp Kasco biex l-Allied Group jixtru s-servizzi ta’ Kasco, kumpanija li propjetarju tagħha kien Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Hillman ta r-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Direttur Maniġerjali u Direttur tal-kumpanija Allied Newspapaers Ltd, kif ukoll mill-kariga ta’ Chairman u Direttur ta’ Progress Press Ltd.

It-tim maniġerjali tal-Allied Newspapers qal li, f’dikjarazzjoni qasira, Adrian Hillman ippreżenta r-riżenji tiegħu fl-aħjar interess tal-kumpanija. Madankollu, għadu qed jiċħad kull allegazzjoni li qed issir fil-konfront tiegħu.