Il-partit Demokristjan Ġermaniż, is-CDU, tal-Kanċillier Angela Merkel sofra telfa f’żewġ reġjuni minn tlieta li fihom il-Ħadd li għadda saru l-elezzjonijiet – f’Baden-Wuerttemberg, f’Saxony-Anhalt u f’Rhineland Palatinate.
L-elezzjonijiet tqiesu bħala test għal Merkel minħabba l-linja kontroversjali li adottat rigward il-kenn lill-immigranti. Linja li wasslet biex tul l-2015 daħlu mal-miljun persuna fil-Ġermanja.
F’dawn l-elezzjonijiet għall-Parlament ta’ dawn it-tliet Stati, kienu eleġibbli għall-vot mat-12-il miljun persuna.
Imma Merkel it-Tnejn, filwaqt li esprimiet id-disappunt għar-rżultat elettorali insistit li l-Gvern ma kienx se jbiddel il-pożizzjoni tiegħu.