Lokali

Dokument juri kif Keith Schembri għandu wkoll kumpanija rreġistrata fil-British Virgin Islands

Minkejja li Keith Schembri ħareġ stqarrija biex jiċħad dawk li sejħilhom bħala allegazzjonijiet, tezisti dokumentazzjoni li turi li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat għandu kumpanija sigrieta f’pajjiż ieħor minbarra l-Panama – il-British Virgin Islands, li wkoll hu pajjiż magħruf għas-segretezza li joffri, u wżat għall-ħasil tal-flus kif ukoll bħala post għal min irid jevita t-taxxa.

Jirriżulta li fl-2011, il-gazzetta tal-Gvern tal-British Virgin Islands niżżlet kumpanija bl-isem ta’ Kasco Holdings Limited bħala kupanija li ma ħallsitx il-pagamenti dovuti lill-awtoritajiet tal-pajjiż.

Kasco Holdings Limited hu l-isem tal-kumpanija taċ-Chief of Staff tal-Gvern ta’ Muscat f’Malta, li toffri numru ta’ servizzi varji.

Bħall-Panama, anke’ l-British Virgin Islands joffru s-segretezza, u wieħed mhux mitlub jagħti dettalji tad-diretturi, min għandu l-ishma tal-kumpanija jew il-benefiċjarji. Lanqas hemm bżonn li jiġu preżentati dettalji dwar il-profitti jew inkella jsir awditjar tal-kontijiet.