Lokali

€252,216 miġbura waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi

Aktar minn €250,000 nġabru waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi organizzata mill-Partit Nazzjonalista.

Din iċ-ċifra hi d-doppju tas-somma li nġabret fl-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Fi tmiem il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil irringrazzja lill-poplu tal-appoġġ tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista.

Dan hekk kif il-maratona kienet organizzata fl-isfond tal-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.