Mara ta’ 56 sena minn San Pawl il-Baħar qed issofri minn feriti gravi wara li kienet invouta f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-3.40pm fi Triq Burmarrad meta, għal xi raġuni, il-mara tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha u nqalbet.
Fil-post issejħu l-Pulizija, li kkontrollaw it-traffiku, filwaqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei ta l-ewwel għajnuna lill-mara. Hi ttieħdet l-Isptar bl-Ambulanza, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>