Kultura

ĠIMGĦA MQADDSA 2016: Esebizzjoni oriġinali fl-Imqabba

L-esebizzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ‘Mater Dolorosa’ se tiġi preżentata fil-Każin tal-Ġilju fl-Imqabba bejn is-16 u s-26 ta’ Marzu li ġej.

Din hija wirja ta’ xejra unika ta’ Fresco kontemporanju, pittura murali miġjuba għall-pubbliku minn talent lokali. L-esebizzjoni, li b’mod kreattiv se tiċċelebra d-Duluri ta’ Ommna Marija fil-mixja tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu, se tkun miftuħa għall-pubbliku fil-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Immexxi mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna Tal-Ġilju u b’fondi mill-iskema Small Initiatives Support, il-proġett se jinkludi wkoll xogħol minn membri tal-Junior Club b’sapport mill-Kummissjoni Nisa, flimkien ma’ xogħol awdjo-viżiv b’sapport mill-Kummissjoni Radju, u fuq kollox għajnuna minn diversi membri żgħażagħ partitarji.