Il-Gvern irid jaħtar lill-eks-Segretarju Parlamentari Laburista Franco Mercieca
Il-Parlament illejla mistenni jiddiskuti mozzjoni tal-Gvern biex jaħtar lill-eks-Segretarju Parlamentari tal-Kabinett ta’ Muscat, id-Deputat Laburista Franco Mercieca, Chairperson tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp wara li l-Gvern baqa’ jirrifjuta t-talba tal-Oppożizzjoni biex il-Parlament jerġa’ jaħtar lil Marlene Farrugia, illum deputat idipendenti, wara li kienet irriżenjat minn Deputa Laburista f’Novemrbu li għadda.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien ippreżenta mozzjoni fil-Parlament biex Marlene Farrugia terġa’ tiġi maħtura biex terġa’ tibda tmexxi dan il-Kumitat Parlamentari li fih tant ħadmet fix-xhur li għaddew u fi żminijiet diffiċli meta l-Gvern kien qiegħed jirrombla minn fuq is-soċjetà ċivili u l-għaqdiet ambjentali meta għadda l-art ODZ fiż-Żonqor lill-Ġordaniżi, u biex għadda tliet liġijiet ambjentai biex ġiet żmantellata l-MEPA u minflok twaqqfu żewġ awtoritajiet separati għall-ambjent u l-ippjanar.
Il-Gvern m’aċċettax li tiġi diskussa l-mozzjon tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara li Marlene Farrugia kienet irriżenjat minn membru tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern li kien ħatarha biex f’isem il-Gvern tmexxi l-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.
Minflok, id-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra, Louis Grech, kien ippreżenta mozzjoni li fiha l-Gvern qed jinnomina lid-Depputat Laburista Franco Mercieca bħala Chairperson tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u lill-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia biex iservi bħala membru fl-istess Kumitat minflok Franco Mercieca li hu membru u issa se jinħatar mill-Gvern Chairperson.
Marlene Farrrugia kienet ilha sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura tmexxi l-Kumitat Parlamentari għan-nom tal-Gvern, u kienet irriżenjat minn Chairperson wara li f’Novembru li għadda kienet irriżenjat minn membru tal-Grupp Laburista tal-Gvern fil-Parlament, u rriżenjat ukoll mill-Partit Laburista.
Il-membri l-oħrajn tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-Ippjanar huma d-Deputati Laburisti Charles Buhagiar u Franco Mercieca li issa qed ikun nominat bħala Chairperson, u x-Shadow Minister Marthese Portelli u d-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus f’isem l-Oppożizzjoni.
Fi tmiem id-dibattitu tal-lejla fil-Parlament dwar il-mozzjoni tal-Gvern biex wara erba’ xhur il-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ikollu Chairperson u jkun jista’ jerġa’ jibda jitlaqqa’, mistenni li jittieħed vot.
//= $special ?>