Lokali Qorti

Savior Balzan jiċħad li waqqa’ ftehim biex jirtira allegazzjonijiet … iżda dokument tal-Qorti juri mod ieħor

L-editur ta’ Malta Today Saviour Balzan waqqa’ ftehim li kien sar fil-Qorti biex jirtira akkużi kontra Richard Cachia Caruana.

Il-każ hu dwar allegazzjonijiet li kien għamel fl-2009 fuq Malta Today fejn akkuża lil Richard Cachia Caruana li kien qed jordna li tixxerred ħdura minn blogs u artikli bl-għan li tkun inċitata l-mibegħda.

Iżda wara li l-ġurnali lokali Times of Malta u The Malta Independent irrapurtaw il-ftehim li sar biex Saviour Balzan jirtira l-akkużi, ftit wara l-istess Balzan ħareġ stqarrija fejn ċaħad dan il-ftehim.

Madankollu iktar tard ġew pubblikati dokumenti tal-Qorti, ittimbrati b’mod uffiċjali, fejn Saviour Balzan permezz tal-avukat tiegħu ta l-kunsens li jiġu rtirati l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Richard Cachia Caruana. Id-dokumenti tal-Qorti jindikaw ukoll li Saviour Balzan kien lest iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.