Sarah Ferguson, id-Dukessa ta’ York, hi rrappurtata bħala ‘ferm imnikkta’ wara li spiċċat minn relazzjoni mal-eks-sieħeb, Manuel Fernandez.
Rapporti qalu li d-Dukessa, imlaqqma ‘Fergie’, li għandha 56 sena, kienet ilha ma’ Fernandez, imprenditur assoċjat mal-Internet, mindu laqqagħhom ħabib komuni fl-2014. Jingħad li hi kienet ‘iffissata fuqu’ minkejja li hu iżgħar minnha bi tmien snin.
Id-Dukessa ta’ York u Fernandez dehru flimkien, fil-pubbliku, għal diversi drabi waqt numru ta’ avvenimenti pubbliċi. Huma anki attendew it-tieġ tal-kantant u promotur, Sir Bob Geldof, li kien sar xhur ilu fi Franza.
Intant, persuni qrib ta’ ‘Fergie’ u Fernandez qalu li ‘huma kienu biss ħbieb’, avolja qattgħu btajjel flimkien f’Cannes kif ukoll fi Spanja. Iżda rapporti oħra sostnew li ‘Manuel ma riedx ikompli bir-relazzjoni’ u li ‘d-Dukessa ħaditha ħażin ħafna’.
Sarah Ferguson hi l-eksmara tal-Prinċep Andrew tal-Ingilterra u ilha ddivorzjata minn miegħu għal aktar minn 20 sena.
//= $special ?>