BLOGS

U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: Jien Maltija!

Tilef kull sens ta’ valuri, ta’ twemmin – dan huwa Joseph Muscat li llum lanqas il-kelma ħaddiem ma għadu jsemmi fejn dan suppost partit tal-ħaddiema. Qed jittradixxi dak li suppost hu jemmen fih u l verità hi li ma jemmen f’xejn iżda f’dak li jaqbillu.

Bħalma ta’ Gaffarena mhijix one off, il-ġrajjiet kurrenti baqgħu kontinwament iseħħu taħt dan il-Gvern ta’ Muscat. Keith Schembri, l-Assistent Personali u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat għandu kumpanija sigrieta fil-Panama l-istess bħalma għandu l-Ministru Konrad Mizzi fejn għandu trust fi New Zealand u kumpanija sigrieta fil-Panama. Il-Panama magħruf bħala wieħed mill-iktar pajjiż korrotti fejn jinfetħu kumpaniji sigrieti biex jinħbew flejjes li jkunu nkisbu b’mod illegali.

Huwa pajjiż ikkundannat mill-Unjoni Ewropea – donnu l-Gvern jinsa’ li qiegħed parti minn din l-Unjoni u jrid ikun konformi mal-liġijiet tal-qafas Ewropew – għax ma jagħti l-ebda informazzjoni dwar min u kemm għandu flejjes jew assi hemmhekk. Flimkien ma’ Keith Schembri magħruf bħala tal-Kasco, Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Kurt Farrugia marru l-Azerbaijan bil-moħbi u għamlu kuntratt tax-xiri taż-żejt li fisser telf għal Malta tà 14-il miljun dollaru. Ir-realtà hija li Keith Schembri għandu trust fi New Zealand l-istess bħalma għandu l-Ministru Konrad Mizzi u l-istess jingħad għall-kumpanija sigrieta li għandu fil-Panama.

Joseph Muscat tilef kull awtorita’ morali, il-gvern tiegħu u għandu jerfà ir-responsabilità politikagħall-għemil tiegħu u tan-nies ta’ madwaru. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tenna ċar u tond “Issa qbiżtu kull limitu”. Dan kollu hu inaċċettabli u għandu jwassal għar-riżenja mmedjata tà Konrad Mizzi u Keith Schembri iżda anke tal-Prim Ministru. Malta suppost titmexxa minn Gvern li jħaddan prinċipji Ewropej u Demokratiċi jiġifieri terfà responsabilità politika b’mod sħiħ. Dawn l-iskandli marbutin ma’ gvern Laburista tà Cafe Premier, Gaffarena u issa għall-iskandlu li għadu qed jikber u jinvolvi l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff. Dan il-Gvern tà Muscat biex jagħmel l-iżbalji jiġri bħal fenek u biex jirranġahom jimxi bħal fekruna.

Min isegwi l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista għax jemmen f’xi ħaġa komuni u dak li nemmnu aħna huwa ċar. Aħna Nazzjonalisti għax inħobbu lin-nazzjon tagħna, nħobbu lill-poplu Malti u Għawdxi u dan hu valur għalina. L-impenn, il-lealtà tagħna lejn pajjiżna tiġi l-ewwel u qabel kollox. Kemm in-nazzjonalisti iħossuhom komdi fil-Partit Nazzjonalista imma anke nies oħrajn jistgħu jħossuhom komdi għax biex tħossok komdu trid tpoġġi lil pajjiżek l-ewwel ħa jkollok pajjiż u poplu avvanzat u gvern immexxi b’mod nadif. Anke min hu Laburist jistà jħossu komdu fil-Partit Nazzjonalista pero’ ma tistax tkun nazzjonalist u tħossok komdu fil-moviment tàJoseph Muscat għax huwa mibni fuq lealtà lejn Joseph Muscat u l-avvanzi jekk tkun lejn Muscat u mhux kemm tkun leali lejn pajjiżek.

Din hija d-differenza li toħroġ aktar u aktar bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Jiddispjaċini meta naraw illi titwettaq il-ħsara lejn pajjiżna, meta ma jkunx hemm tmexxija nadifa, meta naraw skandlu wara l-ieħor li seħħew tul dawn it-3 snin, u r-rapport fuq skandlu ta’ Gaffarena kien kundanna kbira. Hemm rabtiet fondi u perikolużi bejn min hu korrott u l-awtoritajiet Mhux vera l-moviment tà Joseph Muscat jaħdem għal pajjiz imma l-lealtà hi lejn l-interessi personali tal-ftit. Dan il gvern huwa fi kriżi tà korruzzjoni ta’ kemm bħalissa f’pajjiżna għandna l-akbar u l-aktar gvern korrott fl-istorja ta’ pajjiżna.

Il-poplu qal ‘LE’ għall-korruzzjoni u ma jaqbilx mal-mod li qed jitmexxa dan il-gvern. Il-protesta kontra l-korruzzjoni tal-Ħadd 6 ta’ Marzu kienet il-bidu tat-tmiem ta’ Joseph Muscat. Fil-protesta kien l-istess poplu Malti u Għawdxi li tkellem li huwa ddisgustat u rrabjat b’dak li qed jiġri b’mod speċjali f’dan l-aħħar skandlu riċenti ghax mhumiex normali. Ma kenitx protesta tan-Nazzjonalisti kontra l-Laburisti iżda kienet protesta tal-Maltin u l-Għawdxin kontra l-korruzzjoni illi fniet dan il-gvern. Bħalma tenna l-Kap tagħna Simon Busuttil il-kulur tagħna huwa abjad u aħmar bħal bandiera Maltija. Aħna ċittadini tajbin għax inwettqu d-doveri tagħna lejn l-istat: inħallsu t-taxxi f’dan il-pajjiż, nobdu l-liġijiet f’dan il-pajjiż, kburin b’dan il-pajjiż u ma nitolbu xejn mill-Gvern bħal pjaċiri iżda nitolbu li ma jkollniex ħmieg f’dan il- pajjiż – nesiġu li jkollna Politika Nadifa!

Irridu ngħixu f’ pajjiż normali, Demokratiku, Ewropew u mhux tibqà għaddej minn fuq kulħadd bl-iżjed mod sfaċċat. L-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista ser jinsistu mal-Prim Ministru sabiex ineħħi mingħajr aktar dewmien lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Prim Ministru l-ballun f’saqajk u mill-Oppożizzjoni nibqgħu nsusu fuqek. L-ebda intimidazzjoni mhi ser twaqqaf lill-Oppożizzjoni milli tkompli twettaq xogħolha fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi. Kull min huwa tà rieda tajba, lil min ma jridx jara korruzjoni f’pajjiżna, min irid jara l-politika tkun nadifa, lil kull min huwa rrabjat u ddiżgustat iħares lejn il-Partit Nazzjonalista.

Dan l-artiklu deher fil-gazzetta Il-Mument tal-Ħadd, 13 ta’ Marzu 2016.
Maria Portelli hi Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq it-13-il Distrett (Għawdex) – mariaportelli.pn@gmail.com