Lokali Mużika

Walk On Water: Il-Kanzunetta ta’ Ira Losco għall-Eurovision

Il-Public Broadcasting Services żvela li l-kanzunetta li se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna għall-Eurovision Song Contest se ġġib l-isem “Walk on Water”.

Din is-sena, il-Malta Eurovision Song Contest intrebaħ mill-kantanta Ira Losco, bil-kanzunetta “Chameleon”. Madankollu, id-diska nbidlet kompletament, bil-kantanta tibqa’ l-istess.

Anke l-video tal-kanzunetta nħadem, bix-xogħol sar f’diversi lokalitajiet f’Għawdex u anke fl-Akwarju Nazzjonali.

Il-kanzunetta mistennija tiġi ppreżentata lill-pubbliku l-Ħamis li ġej filgħaxija fuq ix-Xandir tal-Istat. Din is-sena, il-Eurovision Song Contest se jkun qed isir fi Stokkolma.