Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola, kiteb lill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, dwar il-każ ta’ Daniel Holmes, li qed jiskonta sentenza l-ħabs.
Mingħajr ma daħal fil-mertu tal-każ, li qanqal polemika fl-aħħar snin f’Malta, Cassola talab lill-President ta’ Malta tikkunsidra li tipproponi biex Holmes jiskonta l-bqija tas-sentenza tiegħu f’ħabs f’Wales biex ikun eqreb ta’ familtu.
Holmes għadu kemm kellu tarbija mis-sieħba tiegħu u AD qed tappella biex ir-raġel ikun faċilitat kemm jista’ jkun biex jiltaqa’ mal-wild tiegħu aktar spiss.
//= $special ?>

