Internazzjonali

Aġġornata: Karozza-bomba fiċ-ċentru ta’ Berlin, possibbilment każ ta’ omiċidju

Karozza-bomba fil-kapitali Ġermaniża Berlin ħalliet persuna mejta. L-isplużjoni seħħet waqt li l-karozza kienet qed tinstaq lejn iċ-ċentru tal-belt.

Waqt il-ħidma tagħha, il-Pulizija appellat lir-residenti taż-żona biex isakkru l-bibien u t-twieqi u joqgħodu fuq ġewwa tal-propjetà tagħhom. Madankollu, ħidma mill-awtoritajiet ikkonfermat li ma kienx hemm aktar periklu ta’ splussiv ieħor.

Rapporti fil-media Ġermaniża qalu li l-Prosekuzzjoni tal-pajjiż temmen li l-każ hu wieħed ta’ omiċidju, tant li Pulizija speċjalizzati fuq dan is-settur jinsabu fi triqthom lejn ix-xena tar-reat.

spluzjoni berlin 2

spluzjoni berlin 3