“Ġurnata sewda għal Malta u l-Maltin”
“Din kienet ġurnata sewda għal Malta u l-Maltin”. Kienet din l-ewwel reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għall-aħbar li Toni Abela ma kienx approvat biex ikun il-membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Aktar kmieni waranofsinhar, il-Kumitat dwar il-Budget tal-Parlament Ewropew ħabbar li ma kienx qed jaċċetta n-nomina ta’ Toni Abela. B’17-il vot kontra u 9 favur, Toni Abela ma kienx approvat.
Meta kien qed jitkellem waqt il-programm Newsfeed, Simon Busuttil qal li hu ċar li mill-preżentazzjoni tiegħu waqt is-smigħ, Toni Abela mar ħażin.
Kien il-Prim Ministru Jospeh Muscat li ħatar lil Toni Abela għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri ftit ġimgħat ilu. Dakinhar, Muscat qal li Toni Abela “se jagħmel lil Malta kburija”.
//= $special ?>



