Lokali Parlament

Il-Gvern daħħal €157 miljun mill-iskema ta’ bejgħ tal-passaport Malti iżda ma jgħidx kemm applikaw

Passaport Malti

Il-Gvern ma tax informazzjoni fil-Parlament dwar kemm irċieva applikazzjonijiet fl-iskema ta’ bejgħ tal-passaport Malti taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP), iżda qal li minn din l-iskema daħħal aktar minn €157 miljun.

Il-Ministru Owen Bonnici llejla fil-Parlament ma tax l-informazzjoni mitluba mix-Shadow Minister għall-Ekonomija, Claudio Grech, dwar kemm il-Gvern irċieva applikazzjonijiet taħt l-iskema tal-Individual Investor Programme minn meta beda jitħaddem il-programm, u jaqsam l-informazzjoni skont f’liema stadju ta’ proċessar waslu.

Filwaqt li għal din il-mistoqsija wieġeb li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, il-Ministru Owen Bonnici wieġeb għall-mistoqsija tax-Shaodw Minister Claudio Grech dwar kemm hu l-ammont ta’ flus depożitati mill-bidu tal-IIP sal-11 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Dan l-ammont hu dak ta’ €157,075,000.