“Jien minix f’pożizzjoni politika, imma jekk xi ħadd għamel xi ħaga ħażina, irid iġorr ir-responsabbilta” din kienet id-dikjarazzjoni tal-eks Deputat Mexxej Laburista Toni Abela meta kien mistoqsi dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama li għandhom il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri waqt il-grilling li qed isirlu fl-Unjoni Ewropea qabel ikun konfermat bħala membru Malti fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama, l-eks Deputat Mexxej Laburista Toni Abela qal li mhux fil-kompitu tiegħu li jikkummenta dwar dak li qed iseħħ f’Malta, iżda jekk saret xi ħaġa ħażina għandha tintrefa r-responsabbiltà. Hu semma kif telaq mill-MLP u waqqaf l-Alternattiva Demokratika. Dan meta ħass li kellu jieħu dawn il-passi fejn kien qed jikkampanja bis-saħħa dwar l-liġijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.
Toni Abela qal li kien ta’ unur għalih li l-Prim Ministru Malti nnominah għal din l-istituzzjoni li għanda l-iskop li tiddefendi l-integrità tas-sistemi finanzjarji. Fl-introduzzjoni tiegħu Toni Abela tkellem dwar l-importanza tal-kunsiderazzjonjiet finanzjarji fil-kuntest tal-prinċipji demokratiċi. Hu tkellem dwar il-karriera legali tiegħu u l-każi li hu ddefenda u sostna li fil-karriera tiegħu hu ddefenda liċ-ċittadin u għalhekk jista’ jagħti kontribut lill-Qorti tal-Awdituri. Toni Abela rrifera għall-każ tal-blokka l-bajda u qal li hu dejjem mexa b’integrità u sostna li m’għandu xejn x’jaħbi jew li qatt kiser il-liġi.
Hu sostna li dan il-każ tqanqal qabel l-aħħar elezzjoni u sostna li hu stess mar għand il-Kummissarju tal-Pulizija u sostna li l-Kummissarju stess qallu li ma kien hemm l-ebda każ dwaru. Toni Abela rrefera għal dokumenti li hu diġà qassam u insista li m’hemm l-ebda każ konrtih.
L-ewwel mistoqsija trattat il-passat ta’ Toni Abela fejn intqal li hu mhux ġej mis-settur ta’ awditjar u li hu ħadem l-aktar fis-settur politiku. Is-CV ta’ Toni Abela ma turix esperjenza fl-awditjar, sostnew diversi deputati Ewropej li staqsew kemm Toni Abela jista’ jkun indipendenti u kemm hu kwalifikat biex iservi fil-Qorti tal-Awdituri.
L-Avukat Toni Abela qal li hu qatt ma kien kommess mal-aspett tal-awditjar u sostna li minkejja li hu politiku, l-karriera tiegħu kienet fis-settur legali fejn iddefenda lill-pubbliku quddiem il-gvernijiet. Hu qal li l-predeċessur tiegħu kien avukat u għamel xogħolu bl-aqwa mod.
Dwar il-karriera politika tiegħu, Toni Abela qal li hu ma beżax jikkritika lill-istess partit tiegħu jew xi deċiżjoni tal-gvern anki jekk dan ikun il-gvern tiegħu. Dan, skont Toni Abela qed iseħħ anki fl-aħħar tliet snin u qal li hu kkritika lill-gvern għal permess fuq art partikolari. Toni Abela qal li hu jagħti prijorità lill-indipendenza tiegħu għaliex flimkien mal-integrità dawn huma prinċipji fundamentali li hu dejjem pprattika u se jibqa’ jipprattika.
Toni Abela kien mistoqsi dwar l-esperjenza tiegħu u qal li l-każ tal-blokka l-bajda tal-kokaina jista’ jkun aspett negattiv fil-konfront tiegħu. Waqt li kien mistoqsi wkoll dwar id-dikjarazzjoni ta’ Toni Abela li hu lest jagħmel affarijiet bil-moħbi biex jagħmel lin-nies sinjuri.
Mistoqsija oħra lil Toni Abela kienet dwar l-iskandli ta’ korruzzjoni li qed jiffaċċja l-Gvern Malti bħalissa, fejn kien mistoqsi x’parir ta lill-Prim Ministru quddiem dawn l-iskandli. Hi staqsietu wkoll dwar l-atteġġjament tiegħu fil-qorti fl-aħħar ġimgħat.
L-Avukat Toni Abela wieġeb ukoll li r-rapport dwar il-każ tal-blokka l-bajda u qal li wara li spjega kollox, il-każ ma kienx trattat iktar fl-opinjoni pubblika Maltija u dan reġa’ tqanqal issa. Hu qal li hu pprova jġib dixxiplina fil-PL u sostna li hu qatt ma kiser il-liġi. Toni Abela sostna li hu ken investigat mill-pulizija u ma seħħ xejn.
Toni Abela sostna li hu jemmen li fil-ħajja l-bniedem għandu jaħdem biex titjieb il-kwalità tal-ħajja.
Dwar l-atteġġjament tiegħu fil-Qorti u ċ-ċensuri li hu qala’, Toni Abela qal li dan iseħħ b’mod regolari, erba’ jew ħames darbiet kuljum. Hu sostna li dan hu t-temperament fil-qrati Maltin iżda lilu kulaħdd jafu bħala bniedem li jaħdem ma’ kulħadd.
F’dan il-ħin, il-grilling ta’ Toni Abela għadu għaddej.
Tista’ tagħfas hawn biex issegwi x-xandira DIRETTA fuq NETnews.com.mt.
In-nomina ta’ Toni Abela għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri
L-aħbar li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lil Toni Abela għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri kienet ħarġet fl-aħħar ta’ Jannar li għadda. Fi tweet, Muscat kien qal li hu ċert li “Toni se jagħmel lil Malta kburija”.
Iżda l-media internazzjonali qed tħares b’xettiċiżmu lejn il-ħatra ta’ Toni Abela. Filfatt, dalgħodu stess, il-websajt tal-aħbarijiet u l-analiżi tal-politika Ewropea ‘Politico’ qalet li mistenni jkun hemm “battalja” dwar in-nomina ta’ Toni Abela.
“He’s also been embroiled in a cocaine scandal” kompliet irrappurtat il-Politico li żiedet li rat dokumenti li jistgħu ifixklu n-nomina ta’ Toni Abela.
Dan isegwi rapport ieħor simili, miktub minn euractiv.com, li kien qal li l-iskandlu ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali jista’ jfixkel in-nomina ta’ Toni Abela.
B’kollox se jkun hemm is-smigħ ta’ 6 membri ġodda għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
//= $special ?>