Raġel ta’ 30 sena mill-Belt Valletta nżamm arrestat peress li kiser il-kundizzjonijiet tiegħu tal-pleġġ wara li nstab fil-garaxx ta’ missieru jaħsel il-karozza tiegħu.
Skont il-kundizzjonijiet tiegħu tal-pleġġ, Janis Caruana kellu jkun id-dar bejn is-7.30pm u s-7am imma nstab fil-garaxx ta’ missieru bejn is-2am u l-5am.
L-avukat Veronique Dalli talbet il-ħelsien mill-arrest u argumentat li l-każ ma jistax jitqies ta’ xi ksur flagranti tal-kundizzjonijiet tal-pleġġ u talbet lill-Qorti tisma’ xi xhieda imma l-Maġistrat Antonio Micallef Trigona ma laqax it-talba u rrimarka li l-ksur tal-kundizzjonijiet min-naħa tar-raġel ma seħħitx l-ewwel darba.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg.
//= $special ?>

