Il-Papa Franġisku llum iddikjara li s-Soru Madre Tereża ta’ Calcutta, li saret famuża mad-dinja għas-snin kollha ta’ ħidma qalb il-foqra fil-belt Indjana, se tkun iddikjarata Qaddisa fl-4 ta’ Settembru li ġej.
Madre Tereża, li mietet fl-1997 fl-età ta’ 87 sena u li kienet rikonoxxuta bin-Nobel għall-Paċi, waqqfet ordni li għadha sal-lum tagħmel xogħol ta’ fejda fost l-aktar nies fil-bżonn. Hi kienet iddikjarata Beata fl-2003, fl-ewwel pass qabel il-konferma ta’ Qdusija.
Il-Papa Franġisku kien witta t-triq lejn qdusija s-sena li għaddiet, ladarba rrikonoxxa t-tieni miraklu li hu attribwit lil Madre Tereża.
//= $special ?>