Lokali Parlament

Pazjenti jistennew qtar tal-għajnejn

Numru ta’ pazjenti qed jistennew qtar tal-għajnejn li kienu jingħataw qabel minħabba li l-qtar li ngħataw kien differenti u qed jaħarqilhom għajnejhom.

Ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Claudette Buttigieg, staqsiet fil-Parlament lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, jgħid kemm hemm pazjenti li qed jitolbu biex jerġgħu jibdew jużaw il-qtar tal-għajnejn ‘Azopt’ għaliex il-qtar li qed jintuża minfloku qed jaħraqilhom għajnejhom.

Il-Ministru Mizzi qal li t-talba ta’ dawk il-pazjenti li kellhom problema bil-qtar tal-għajnejn ‘Dorsolamide’ u li l-Konsulent tagħhom irrakkomandalhom biex issa jibdew jużaw il-qtar tal-għajnejn ‘Brinzolamide’, ġiet milquha u dan il-qtar se jitqassam fil-ġimgħat li ġejjin.