Il-qattiel tal-massa Norveġiż, Anders Behring Breivik, irritorna l-qorti biex jilmenta talli hu qed jinżamm iżolat fil-ħabs, waqt li pprova ‘jesprimi punt’ bis-salut tan-Nażisti, ftit wara li l-pulizija kienu neħħewlu l-manetti.
Breivik, estremista tal-lemin, qal li hu qed jinżamm f’kundizzjonijiet inumani, iżda l-Istat jiċħad li dan hu minnu. Anders Breivik weħel 21 sena ħabs fl-2012 talli fis-sena preċedenti kien wettaq splużjoni f’Oslo u sparatura fuq il-gżira ta’ Utoeya li ħallew madwar 77 mejtin, fil-parti kbira tagħhom żgħażagħ.
Is-smigħ sar f’gymnasium tal-ħabs li kien ikkonvertit f’qorti. Intant, din kienet l-ewwel dehra pubblika ta’ Breivik, li għandu 37 sena, mindu hu kien ikkundannat għal priġunerija dwar ir-reati tal-2012.
//= $special ?>