Lokali

Ryanair tniedi rotta għal Vilnius fil-Litwanja

Il-linja tal-ajru Ryanair nidiet ir-rotta ġdida bejn Malta u Vilnius bil-prezzijiet jibdew minn €29.99 għal dawk li jivvjaġġaw f’Novembru 2016.

Fi stqarrija r-Ryanair qalet li l-passiġġieri se jkollhom servizzi mtejba fil-ġimgħat li ġejjin filwaqt li t-tariffi se jibqgħu fost l-irħas. Il-prezzijiet vantaġġjużi ta’ €29.99 se jibqgħu fis-seħħ sat-23 ta’ Marzu 2016.