Lokali

“Tal-anqas kellhom jirriżenjaw biex inaddfu isimhom” – Lino Briguglio

“Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom jirriżenjaw biex inaddfu isimhom”.

Kienet din l-analiżi tal-ekonomista Lino Briguglio meta llejla kien qed jitkellem fil-programm Newsfeed fuq NET Television.

Lino Briguglio qal li ladarba kien hemm għajta daqsekk qawwija, iż-żewġ persuni kellhom jirriżenjaw biex inaddfu isimhom.

“Ma tistax tnaddaf ismek meta għadek Ministru u għandek aċċess għad-dokumentazzjoni” temm jgħid Lino Briguglio.