Lokali

Żewġ ġuvintur iweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta żewġ ġuvintur kellhom jiddaħlu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ fi Triq Notabile, l-Imrieħel. Iż-żgħażagħ involuti għandhom 23 u 27 sena u huma mir-Rabat u mill-Birgu. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija għadha tinvestiga dan l-inċident.