Lokali

Żewġ żgħażagħ jittieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Żewġ żgħażagħ titeħdu l-isptar Mater Dei wara li ftit tal-ħin ilu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Mdina Road Ħaż-Żebbuġ.

Jirriżulta li ż-żgħażagħ, wieħed ta’ 27 sena minn Ħal-Luqa u ieħor ta’ 23 sena minn Ħaż-Żebbuġ, li kienu f’karozza tat-tip Toyota Glanza kienu nvoluti f’inċident ma’ karozza oħra misjuqa minn mara ta’ 50 sena minn tas-Sliema.

Ritratt: Maltese roads traffic updates