Internazzjonali

Brussell għal darba oħra fuq ix-xwiek

epa05212915 Police seen during an intervention on the site of a shooting in the rue du Dries in Forest-Vorst, Brussels, Belgium, 15 March 2016. A shooting took place during a police raid linked to the Paris terrorist attacks. According to reports, two members of federal police were injured in the operation and police were still searching for the shooter. EPA/LAURENT DUBRULE

Il-Pulizija Belġjani, partikolarment dawk fil-kapitali Brussel, jinsabu fuq l-ogħla livell ta’ allert wara l-isparatura fatali tat-Tlieta.
Sparatura li fiha Alġerin b’rabtiet mal-ISIS inqatel u erba’ uffiċjali tal-Pulizija ndarbu. L-Alġerin kien identifikat bħala Mohamed Belkaid, Alġerin li daħal illegalment fil-Belġju. Hu nqatel wara li fetaħ in-nar fuq il-Pulizija fis-subborg ta’ Forest-Vorst. L-uffiċjali Belġjani qalu li fl-appartment fejn seħħet l-isparatura nstabu affarijiet marbutin mal-grupp terroristiku tal-ISIS, apparti machine gun u ammont kbir ta’ munizzjon.
Intqal li Belkaid ma kienx magħruf mal-Pulizija ħlief għal każ wieħed ta’ serq.
Skont il-midja Belġjana, il-Pulizija kienet qed tistenna li ma ssib lil ħadd fid-dar peress li l-indikazzjoni li kellhom kienet li din tinuża bħala kenn għal terroristi maħrubin.
Dawk responsabbli għall-attakki ta’ Pariġi nstab li fil-biċċa l-kbira kienu bbażati fil-Belġju.