Lokali

“Caccia Village” organizzata f’Malta x-xahar id-dieħel

Ix-xahar id-dieħel se tkun organizzata fiera dwar il-Kaċċa. Din il-fiera se ssir bejn l-1 u t-3 ta’ April f’Montekristo Estate u se tkun iddedikata lid-dinja tal-Kaċċa, l-isparar sportiv, is-sajd u attivitajiet rikreattivi oħra li normalment isiru fil-miftuħ.

Il-fiera se ġġib l-isem ta’ “Caccia Village Malta” u se sservi bħala ċentru għal-laqgħat, bħala wirja distintiva għall-kumpaniji, bħala esebizzjoni b’firxa wiesgħa ta’ prodotti, li jvarjaw minn armi għall-kaċċa, sport u kollezzjoni, affarijiet tas-sajd, wirjiet tal-klieb, kif ukoll ikel u xorb tradizzjonali tal-Kaċċa, fost affarijiet oħrajn.

Din hi l-ewwel edizzjoni ta’ “Caccia Village Malta”.