Lokali

Il-PL dahru mal-ħajt wara l-vot tal-bieraħ kontra Toni Abela

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista - Mill-Arkivji

Il-Partit Laburista spiċċa dahru mal-ħajt wara li l-eks Deputat Mexxej Toni Abela ġie rrifjutat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri bi 17-il vot kontra 9.

Il-ġurnal The Malta Independent illum irrapporta kif il-Partit Laburista għandu quddiemu żewġ għażliet.

Filwaqt li fuq naħa, il-Gvern jista’ jinnomina lil ħaddieħor minflok Toni Abela, hemm ukoll l-għażla li jistenna vot finali li għadu jrid jittieħed fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew biex ikun determinat il-futur ta’ Abela.

Il-ġurnal ipprova jagħmel kuntatt ma’ Uffiċjali fi ħdan il-Partit Laburista, li iżda ma rrispondewx jew naqsu milli jwieġbu l-mistoqsijiet li sarulhom dwar din is-sitwazzjoni.

Fl-istess waqt, għadu mhux magħruf lanqas x’se jsir minn Toni Abela, ladarba issa postu fil-Partit Laburista ttieħed minn Konrad Mizzi.