Komunità ta’ immigranti qed jagħmlu protesta paċifika fit-toroq prinċipali tal-Belt għax qed isostnu li huma diskriminati. Il-protesta qed tkun organizzata mill-African Media Association, li tirrappreżenta komunità ta’ immigranti f’pajjiżna.
Il-komunità qed issostni li kienu biss 5% mill-immigranti li ngħataw l-ażil fl-aħħar 12-il sena, filwaqt li l-kumplament ingħataw xi tip ta’ status ieħor. Huma qed isostnu li, minkejja li dawk li ma ngħatawx l-ażil qed jaħdmu u jħallsu l-kontribuzzjonijiet soċjali, mhux jingħataw l-istess benefiċċji bħall-ħaddiema Maltin.
Il-komunità kitbet ukoll ittra lill-Prim Ministru, li fiha qed jgħidu li qed ikunu diskriminati għax qed jitilfu d-drittijiet ta’ pensjoni fil-futur.
Filmati:
Il-mexxej tal-komunità b’diskors indirizzat lejn il-Prim Ministru:
Silta mill-protesta paċifika fi Triq ir-Repubblika:
//= $special ?>



