Lokali

‘Stripped Man’ – Produzzjoni li turi l-vulnerabbilta’ tar-raġel

Il-Yada se tagħmel l-ewwel produzzjoni ta’ mużika ta’ stil rock kontemporanju bil-lirika, bi prominenza ta’ figuri maskili. Stripping Man l-isem li se ġġib is-serata tesplora d-dinja maskili – dgħjufijiet, is-saħħa l-qawwa. Huwa raġel ġenetikament superjuri? Hu privileġġjat? X’inhi r-relazzjoni tiegħu miegħu nnifsu, il-ġeneru tiegħu?

Permezz ta’ din il-produzzjoni se tidher il-vulnerabilità tar-raġel u l-insikurezzi tiegħu.

Stripping Man se jkollha mużika komposta minn Conrad Dimech, u fiha se jieħdu sehem ukoll il-kantanti Ivan (Winter Moods), Brooke, Amber, Dorothy u Gianluca Bezzina u Ylenia.

Il-produzzjoni se tkun mtella fl-MCC bejn il-Ġimgħa l-1 t’April sal-Ħadd 3 t’April. Aktar dettalji hawnhekk.