Tmiem il-ġimgħa li ġej mistenni jissokta b’temp xemxi u kważi sajfi imma eqreb lejn l-Għid aktarx f’Malta terġa’ tagħmel ix-xita.
Is-sit indipendenti tal-previżjoni tat-temp, FirstMalta.com, qed ibassar li tmiem il-ġimgħa se jkun sabiħ, b’xemx il-ġurnata kollha għas-Sibt u għall-Ħadd, bi sħab mill-inqas is-Sibt, riħ Forza 4 li jikkalma għal Forza 2 u l-ogħla temperatura ta’ 18-il grad Celsius u l-inqas ta’ 12. Il-Ħadd imbagħad, it-temp jibqa’ sabiħ b’riħ mill-Punent Majjistru kalm ta’ Forza 1 il-ġurnata kollha.
Ibassar ukoll li l-pressjoni atmosferika mistennija tinżel b’mod drastiku għal 1003hPa nhar l-Erbgħa li ġej li tista’ ġġib magħha maltemp.
Is-sit FirstMalta.com qal li se jkun qed isegwi s-sitwazzjoni tat-temp fil-ġranet li ġejjin u joħroġ avviżi oħra hekk kif issa għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel previżjoni preċiża.
Saħaq ukoll li wieħed m’għandux joqgħod fuq dan ir-rapport biex jieħu deċiżjonijiet relatati ma’ saħħa u sigurtà jew deċiżjonijiet finanzjarji.
Il-mappa fir-ritratt turi l-Mediterran dalgħodu.
//= $special ?>

