Fil-knisja Arċipretali tan-Naxxar, nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu, se jsir il-kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa bis-sehem tal-Kor Jubilate Deo, taħt id-direzzjoni ta’ Christopher Muscat.
Il-kunċert se jinvolvi s-sehem tal-organista Ronald Camilleri, tan-narratur Leo Bartolo u tal-membri tal-kor tat-tfal Pueri Cantores Jubilate Deo.
Fil-kunċert, li għalih id-dħul hu b’xejn, se jiġi eżegwit ix-xogħol monumentali Via Crucis tal-kompożitur Franz Liszt, li jagħti interpretazzjoni mużikali tal-14-il stazzjon tal-Via Sagra.
Il-kunċert jaħbat f’għeluq il-240 sena minn meta, fil-parroċċa tan-Naxxar, kien tlesta l-orgni Santucci li se jindaqq fil-kunċert, kif ukoll il-bidu tal-proġett tal-Via Crucis.
Il-pubbliku hu mistieden ikun fil-knisja fis-7.15pm.
//= $special ?>