Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ċaħad b’mod totali u qawwi l-allegazzjonijiet infondati li qed jagħmel il-Partit Laburista fil-konfront tiegħu dwar id-dar privata tiegħu fil-Għargħur.
Waqt intervista fil-progrmam Newsfeed, fuq NET Television, Beppe Fenech Adami qal li quddiem l-iskandli ta’ korruzzjoni li qed jffaċċja l-Gveen, il-Partit Laburista imbarka fuq kampanja ta’ tfigħ ta’ tajn u gideb kontra diversi Kelliema Nazzjonalisti, fosthom Ann Fenech, Mario de Marco u issa kontrih.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-fatti huma li 22 sena ilu xtar d-dar mingħand familja, lesta bil-permessi maħruġa mill-PAPB b’mod regolari. Hu kompla li mhux minnu li bena tliet sulari fuq din id-dar għax kulma bena kien sular wieħed u washroom, kif isir f’mijiet ta’ terraced houses oħra madwar Malta.
Mhux minnu lanqas li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien iffirma u awtorizza xi approvazzjoni partikolari għal Beppe Fenech Adami għax il-fatti huma li dak iż-żmien, il-Prim Ministru Gonzi kien responsabbli mill-MEPA u għalhekk il-każ kienu jiġi quddiemu mill-ewwel għall-approvazzjoni. Jirriżulta li d-dokument approvat kien wieħed li jinkludi numru ta’ applikazzjonijiet oħra, li wħud minnhom kenu approvati u oħrajn le.
Beppe Fenech Adami sostna li mhux minnu lanqas li bena d-dar tiegħu minflok xi żewġ kmamar li kien hemm f’għalqa għax id-dar li xtara fl-1994 kienet diġà lesta. Meta xtraha, id-dar kienet waħda b’żewġ sulari u bi tliet kmamar tas-sodda. Dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-ġnien, qal li dawn huma kollha gideb tal-Partit Laburista għax il-fatti huma li ż-żona hi waħda li kienet u għadha ODZ, tant li għalhekk fiha ma jistax isir bini li jiswa l-miljuni.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista ċaħad li qatt tkellem mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar dan il-każ jew li Gonzi qatt mar għandu d-dar dwar dan il-każ. Sostna li din il-gidba issa hi waħda riċiklata għax fil-verità, il-Partit Laburista kien diġà beda jattakka dwarha fl-2006. Filwaqt li fakkar li anke dakinhar kien ċaħad dawn l-allegazzjonijiet, dwar dawn il-fatti, Beppe Fenech Adami stieden lil kulmin irid biex jivverifika mal-MEPA u jkun jaf il-fatti.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li bħala parti mill-mira ta’ attakki li jinsab fiha bħalissa, innota li fl-aħħar jiem kellu wkoll drone il-ħin kollu jdur fuq id-dar tiegħu biex jittieħdu l-filmati u r-ritratti. Dawn l-attakki mhux se jintimidawni jew iwaqqfuni milli nkompli nwettaq id-dmirijiet politiċi tiegħi u nixkef il-korruzzjoni tal-Gvern, sostna.
Beppe Fenech Adami fakkar kif hu u l-familja tiegħi ma beżgħux meta fil-15 ta’ Ottubru 1979, il-marmalja Laburista marret fid-dar tal-Famlja f’Birkirkara u attakkahom. Sostna li ma beżgħux dakinhar u mhux se jibżgħu illum.
//= $special ?>