Il-konsulent ewlieni tal-kandidat tal-Gvern Malti għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri Toni Abela kien Cyrus Engerer, li qed jitħallas is-somma ta’ €100,000 fis-sena wara li ntbagħat mill-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fi Brussell, wara li dan irtira n-nomina tiegħu fil-kampanja għall-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew għaliex instab ħati mill-Qorti li xerred materjal pornografiku.
Cyrus Engerer huwa r-rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fi Brussell, u skont l-informazzjoni li għandu ‘In-Nazzjon’, hu kellu rwol kruċjali fil-preparamenti ta’ Toni Abela qabel is-sessjoni tas-smigħ ta’ nhar it-Tlieta. Eżami li l-eks-Deputat Mexxej Laburista m’għaddiex minnu wara li ma irnexxilux jikkonvinċi lill-membri tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kontroll tal-Baġit biex ikun is-suċċessur ta’ Louis Galea bħala r-rappreżentant Malti li jmiss fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
L-informazzjoni li kiseb dan il-ġurnal tgħid li Cyrus Engerer deher ukoll ilaqqa’ lill-Avukat Abela ma’ numru ta’ MEPs u uffiċjali oħra tal-Parlament Ewropew, bil-għan li dan jikkonvinċihom li għandu esperjenza u kwalifiki biżżejjed biex jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri.
//= $special ?>

