Sport Sport Ieħor

Erba’ għawwiema tat-tim Nazzjonali se jipparteċipaw f’Milan

Matthew Galea, Michael Stafrace, Raoul Stafrace u Amy Micallef se jmorru Milan biex jipparteċipaw f’avveniment tal-għawm. Dan l-avveniment hu fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi ta’ Rio li se jsiru f’Awwissu bl-għawwiema Maltin jittamaw li jtejbu l-ħin personali tagħhom.

Matthew Galea, u Michael Stafrace se jkunu qed jaħdmu mal-kowċ Nazzjonali l-ġdid tal-Għawm Artem Goncharenko li se jkun qed josserva wkoll lill-membri l-oħra tat-tim Nazzjonali li preżentament mhux qed jitħarrġu taħt il-gwida tiegħu. Għawwiema oħra mill-klabbs lokali se jkunu qed jipparteċipaw ukoll.