Ftit tal-ħin ilu tnediet il-kanzunetta l-ġdida ta’ Ira Losco għall-Eurovision ta’ din is-sena.
Il-vidjo tnieda fl-isfond ta’ kontroversja u li l-PBS għażel li tinbidel il-kanzunetta li f’Jannar li għadda, Ira rebħet il-Malta Eurovision biha.
Aktar kmieni f’intervista ma’ Netnews.com.mt, Ira Losco qalet li tinsab ferm aktar komda bil-kanzunetta l-ġdida tagħha ‘Walk on Water’.
Fl-2002, Ira Losco pparteċipat fil-Eurovision Song Contest u kklassifikat fit-tieni post.
//= $special ?>